Inspire Foundation attendees are now participating in animal petting sessions at Inspires Marsascala premises, thanks to an agreement with animal rescue NGO Sunshine Sanctuary.

Inspire attendees can now spend sessions interacting with various animals such as pigs, rabbits, chickens and roosters – with more animals planned to join in the near future. This activity compliments Inspires existing Therapeutic Horseback Riding service. The addition of these animal petting sessions will form part of the attendees’ programmes, a process well understood to be of great benefit to persons with a disability.

“This collaboration with the Sunshine Sanctuary brings together the work of two similarly-minded NGOs for the benefit of our attendees and their families. We have noticed how the animal interaction sessions are already bearing great fruit and this keeps us motivated to explore more avenues of collaboration in the future” said Adelaide Sammut Silva, Clinical Administration Manger for Inspires Disability Programmes.

“We are delighted to be collaborating with Inspire Foundation, one of the country’s leaders in the field of disability. Through our collaboration, we are widening the scope of our NGO as, apart from providing our rescued animals with a safe and dignified environment, we are also helping Inspire in providing their clients with further services in addition to their extensive portfolio of programmes” said Leila Scott, Sunshine Sanctuary Co-Founder.

Through the agreement between Inspire Foundation Malta and Sunshine Sanctuary, rescued animals are housed within the extensive premises at Inspires Marsascala centre, while Inspire attendees are encouraged to interact with the animals, as volunteers from the sanctuary help guide the animal petting sessions.

Dawk li jattendu l-programmi tal-Fondazzjoni Inspire, issa qed jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ interazzjoni ma’ annimali fiċ-ċentru ta’ Inspire f’Wied il-Għajn, grazzi għal ftehim mal-NGO Sunshine Sanctuary.

Tfal u adulti li jattendu l-programmi ta’ Inspire, jistgħu jiħdu sehem f’dawn is-sessjonijiet ta’ intereazzjoni ma’ annimali tar-razzett, fosthom qżieqeż, fniek, tiġieġ u sriedaq fost l-oħrajn – b’iktar annimali ppjanati li jingħaqdu fil-programmm fil-futur qarib. Din l-attività tikkumplimenta is-servizz eżistenti ta’ Inspire Therapeutic Horseback Riding. Dawn is-sessjonijiet qed jingħaqdu mal-programmi eżistenti ta’ Inspire hekk kif inhu magħruf tajjeb, li huma ta’ benefiċċju kbir għal persuni b’diżabilità.

“Din il-kollaborazzjoni ma’ Sunshine Sanctuary tqarreb lejn xulxin żewġ NGOs b’valuri simili, għall-benefiċċju ta’ dawk li jattendu Inspire u l-familji tagħhom. Innutajna, kif is-sessjonijiet ta’ interazzjoni mal-annimali diġa qed iħallu l-frott, u dan jimmotivana sabiex niskopru iktar modu kif nikkollaboraw għall-programmi oħra fil-futur” qalet Adelaide Sammut Silva, Manager tal-Amministrazzjoni Klinika għall-Programmi tad-Diżabilità ta’ Inspire.

“Kuntenti ħafna li qed nikkollaboraw mal-Fondazzjoni Inspire, waħda mill-organizzazzjonijiet ewlenin fil-qasam tad-diżabilità f’pajjiżna. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, qed inwessgħu l-iskop tal-NGO tagħna, hekk kif apparti li qed nipprovdu lill-annimali post sigur f’ambjent dinjituż, qed ngħinu lil Inspire ukoll, sabiex jipprovdu iktar servizzi fil-programmi tagħhom” qalet Leila Scott, Ko-Fundatriċi ta’ Sunshine Sanctuary.

Permezz ta’ dan il-ftheim, il-Fondazzjoni Inspire u Sunshine Sanctuary, l-annimali li jkunu salvati, qed jinżammu fi spazji apposta fiċ-ċentru ta’ Inspire f’Wied il-Għajn, filwaqt li tfal u adultu li jattendu l-programmi ta’ Inspire, qed ikunu inkoraġġuti sabiex jinteraġixxu magħhom, filwaqt li voluntiera mis-santwarju qed joffru gwida waqt dan is-servizz.