HSBC Malta Foundation u l-Fondazzjoni Hudson issieħbu flimkien mal-Inspire biex jappoġġjaw żewġ proġetti importanti u li għandhom ikollhom impatt pożittiv: l-ewwel proġett hu l-ħolqien ta’ bandli ġodda fuq barra f’Bulebel sabiex dan jitgawda mill-istudenti tal-LINC bl-awtiżmu u li jesperjenzaw sfida fl-imġieba tagħhom. It-tieni proġett jinvolvi rinnovazzjonijiet kbar fil-faċilitá ta’ Inspire, f’Marsaskala. Dan il-proġett se jkun ta’ għajnuna għat-tfal u adulti b’diżabilitajiet li jattendu diversi programmi.

Il-bandli li se jkun mibni fuq barra, għandu l-għan li jipprovdi spazju inklużiv u impenjattiv għal tfal b’abbiltajiet differenti. Dan il-post rekreattiv hu mgħammar bi trampolini, bandli, u pavimentar artab. Dan il-playground huwa ddisinjat biex jinkoraġġixxi l-attivitá fiżika f’ambjent sigur, filwaqt li joffri esperjenza sensorjali kkontrollata u spazju sabiex apposta għall-interazzjoni soċjali. L-esperjenzi preċidenti urew biċ-ċar li l-attivitajiet fuq barra jgħinu lit-tfal jimmaniġġjaw il-livelli tal-enerġija, inaqqsu l-istress, u jtejbu l-ġestjoni tal-imġiba. Fl-istess waqt dawn l-attivitajiet ikkontribwixxu għall-benesseri ġenerali tat-tfal tagħna.

Intant, ir-rinnovazzjoni tal-faċilitá ta’ Inspire f’Marsaskala qed jiffoka fuq it-tisħiħ tal- infrastruttura biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet ta’ dawk li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi. Il-ħsieb u l-pjan ta’ Insipre jinkludi ukoll l-immodernizzar tal-post, l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ ventilazzjoni u arja kundizzjonata effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u l-implimentazzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ, bl-għan li dan iwassal għal ambjent aktar akkoljenti u sostenibbli.

Dwar din il-kollaborazzjoni, tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta Foundation, Geoffrey Fichte li qal: “Din is-sħubija mal-Fondazzjoni Hudson tirrappreżenta tragward ieħor sinifikanti għall-HSBC Malta Foundation, filwaqt li hi l-ewwel inizjattiva konġunta tagħna ma’ fondazzjoni oħra f’ħafna snin. Permezz ta’ din il-ħidma mal-Fondazzjoni Hudson, mhux biss qed nappoġġaw lill-Inspire, iżda qed naffermaw mill-ġdid l-impenn tagħna biex inrawmu l-inklużjoni, l-aċċessibbiltá, u l-opportunitajiet għat-tfal u l-adulti bi bżonnijiet speċjali. M’hemmx dubju li proġett ta’ dan it-tip jirriflettu t-twemmin tagħna li noħolqu ambjenti fejn kulħadd jista’ jirnexxi.”

Tkellem ukoll il-Fundatur u ċ-Ċermen ta’ Hudson Holdings Ltd., Alfie Borg li żied jgħid: “Hu ta’ pjaċir u sodisfazzjon kbir għalina li llum qed inħabbru li flimkien ma’ HSBC qed nagħtu sponsorship biex noħolqu playground inklussiv għat-tfal bi bżonnijiet speċjali. Din is-sħubija konġunta tinkludi l-impenn kondiviż tagħna biex inrawmu ambjenti fejn kull tifel u tifla jistgħu jilagħbu, jitgħallmu u jikbru mingħajr ostakli. Flimkien, qed nibnu komunitá li tiċċelebra d-diversitá u l-inklużjoni.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Inspire, Antonello Gauci qal: “Ninsabu grati inkredibbilment għall-appoġġ ġeneruż grazzi għal dawn iż-żewġ proġetti. Il-playground il-ġdid mibni fuq barra f’Bulebel u r-rinnovazzjonijiet fil-faċilita’ tagħna f’Wied il-Għajn se jkunu qed jagħmlu differenza kbira u profonda fil-ħajja ta’ dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħna. Din il-kollaborazzjoni tikkonferma x’saħħa jista’ jkollha sħubija ta’ din it-tip biex flimkien nixprunaw bidla pożittiva, għaldaqstant aħna kburin li niffurmaw parti minn din l-inizjattiva.”

Dawn il-proġetti huma parti mill-isforzi kontinwi ta’ Inspire biex toħloq faċilitajiet terapewtiċi u edukattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet uniċi ta’ dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha. Grazzi għall-appoġġ tal- HSBC Malta Foundation u l-Fondazzjoni Hudson, l-Inspire qed tkompli

ttejjeb il-kwalitá tas-servizzi u l-interventi li kontinwament toffri, u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala entitá importanti u minn ta’ quddiem fl-appoġġ lill-persuni b’abiltajiet varji u l-familji tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-proġetti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Inspire permezz tal-e-mail fuq communications@inspire.org.mt jew bit-telefown fuq 20928150.