Mal-mijiet ta’ atleti li qed jitħarrġu biex nhar il-Ħadd 22 ta’ Frar jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta hemm għadd ta’ personalitajiet li se jidħlu għal din l-isfida biex jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Inspire.
Għadd ta’ personalitajiet fosthom xandara, kantanti u preżentaturi għaddejjin b’taħriġ fiżiku biex jagħmlu dak li mhux normalment jagħmlu biex jiġbru fondi għall-Inspire li toffri servizzi lill-persuni b’diżabilità. Peppi Azzopardi ser ikun wieħed mill-protagonisti li ser jieħdu sehem fil-maratona li ser issir fi 22 ta’ Frar.
Claire Agius Ordway u Gianluca Bezzina wkoll huma parti minn din l-isfida. Filwaqt li Peppi Azzopardi ser jimxi, Claire u Gianluca ser jiġru.
Fost il-personalitajiet li ser jidħlu għal din l-isfida ser ikun hemm Keith Demicoli, Ganni Zammit, Ivan Filletti u Tezara Camilleri. Kelliema għall-Inspire qalet li l-bieb biex jingħaqdu aktar personalitajiet f’din l-isfida għadu miftuħ. Minn issa diġà hemm stabbiliet numru tat-telefon li min jinbgħat sms fuqu għandu jabbinah ma’ personalità billi jniżżel ismu jew isimha. B’dan il-mod inħolqot sfida biex ikun magħruf liema personalità ser tingħata l-aktar appoġġ f’din il-maratona.
Ara l-filmat hawn
Int ukol tista turi s-sapport tieghek billi tibghat sms bl-isem tal personalita’ favorit jew favorita’ tieghek fuq dawn in-numri :
€2.33 – 50617359
€4.66 – 50618080
€6.99 – 50618926
€11.65 – 50619215
Tista wkol taghmel donazjoni hawn