fbpx
Loading Events
  • This event has passed.
23 May Saturday

Aqta’ Xiex – Kwiżż Online

23 May 2020, 19:30 - 23 May 2020, 22:00

It-Tieni Edizzjoni ta’ Aqta’ Xiex: Kwiżż dwar l-ilsien Malti. Din id-darba online!

Din id-darba, kull parteċipant jilgħab għal rasu. Naturalment, jista’ jkun hemm nies miġburin f’post wieħed u jilagħbu flimkien (iżda jkollhom rappreżentant wieħed jidher online).

Il-kwiżż, bħall-ewwel wieħed, se jkun maqsum f’ħames partijiet. Peress li se jsir mid-dar, kull taqsima se jkollha x’taqsam ma’ kamra fid-dar.

Se jkun hemm rebbieħ għal kull taqsima. Jippreżenta Ron Briffa.

Jekk interessat, ibgħat email fuq fundraising@inspire.org.mt jew ibagħtilna messaġġ bl-email tiegħek. Se nibagħtu email b’aktar dettalji dwar kif tipparteċipa.

Qed nitolbu donazzjoni ta’ mhux anqas minn €3 mingħand kull parteċipant b’risq il-Fondazzjoni Inspire. Il-flus jistgħu jintbagħtu permezz ta’ Revolut lil Claire Galea fuq 77884455. Jekk jogħġbok agħmel nota mal-pagament b’ismek u kunjomok.

Il-kwiżż huwa organizzat minn Inspire Malta, l-Għaqda tal-Malti u Kelma Kelma.

Details
Date: 23 May, 2020
Time: 19:30 - 22:00
Event CategoryFundraising Events
Organiser
Organizer Name: Fundraising
Email: