FAQs
L-Għan ta’ din l-applikazzjoni tal-mobile hi li tgħin persuni bl- awtiżmu biex jifhmu l- imġieba aċċettabbli waqt ċertu sitwazzjonijiet fil- ħajja. Dan permezz ta’ użu ta’ dawk li jissejħu social stories, li jippreparaw lil persuni għal avvenimenti li mhumiex parti mir-rutina ta’kuljum.
Permezz ta’ din l- app jistgħu jinħolqu dawn l-istejjer, biex jintużaw minn individwi bl-awtiżmu.
L- Applikazzjoni tiġi b’firxa ta’ stejjer miktubin li jistgħu jintużaw jew jkunu adattati skond il-bżonn. Iżda wieħed jista’ ukoll jikteb stejjer mill-ġdid, li tista’ ukoll tagħżel li tagħmilhom disponnibbli biex jintużaw minn oħrajn.
Stejjer soċjali huma deskrizzjonijiet qosra ta’ avveniment, sitwazzjoni jew attività partikolari. Huma jipprovdu informazzjoni dwar dak li wieħed għandu jistenna f’din is-sitwazzjoni.
Dawn l-istejjer huma partikolarment ta’ benefiċċju għal individwi bl- awtiżmu, minħabba li jipprovdu sekwenza ta’ dak li mistenni jiġri u jnaqqas l-ansjetà u l- istimulazzjoni żejda tas-sensi.
Gwida dwar kif tikteb storja soċjali
L- Applikazzjoni SOFA tista’ tintuża minn ġenituri, kustodji jew qraba ta’ tfal b’awtiżmu kif ukoll professjonisti li jaħdmu ma’ persuni bl-awtiżmu.
L-applikazzjoni tista’ tintuża biex toħloq stejjer soċjali biex tispjega sitwazzjonijiet f’sekwenza faċli u tgħin lill-individwu jirreaġixxi aħjar u jadatta għas-sitwazzjoni.
L-applikazzjoni tinkludi wkoll spjegazzjoni ċara dwar kif wieħed jista’ joħloq dawn l-istejjer.
Din l-applikazzjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir u hija disponibbli biex titniżżel mingħajr ħlas internazzjonalment.
L-applikazzjoni SOFA kienet inizjalment żviluppata minn tim ta ’riċerka bbażat fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Riċerka Applikata dwar l-Awtiżmu fl- Università ta’ Bath, fir-Renju Unit, b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ skejjel lokali għal tfal bl-awtiżmu. L-ideja tal-applikazzjoni ħarġet minn proġett li ġie ffinanzjat minn Leverhulme Trust (RPG-2013-301) li sar bil-partiċipazzjoni ta’ tfal b’awtiżmu, il-familjari tagħhom u professjonisti.
It-tieni fażi tal-proġett ippermettiet li l-applikazzjoni tkun disponnibli għal kulħadd fuq teknoloġiji varji. Huwa ppermetta wkoll li din l-applikazzjoni tkun disponnibbli għall-ġenituri u professjonisti li jridu jagħmlu użu minnha. Dan sar possibbli permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Inspire u grazzi għall-Epic.
Hemm erba‘ artikli ta’ ġurnali xjentifici li jipprovdu evidenza għall-applikazzjoni SOFA. Dawn l-artikli juru li t-tfal bl-awtiżmu jilħqu l-għan li ghalih tinholoq social story. Dan jghin biex titnaqqas imgieba mhux mixtieqa kemm fil-frekwenza u l-intensità. Barra minn hekk, l-ansjetà tat-tifel/tifla titnaqqas u l-fehim tat-tfal dwar is-sitwazzjoni jiżdied.
L-artikli ta’ riċerka huma hawn taħt:
Dan l-artiklu jixhed li l-app SOFA hija effettiva meta mqabbla ma’ control group li inqraw poeżija.