fbpx

Information and resources to use while social distancing

Last Updated: 02/06/2020

Dear Parents/Guardians,

On behalf of Inspire, I welcome you to this online platform, which was designed with the primary aim to provide support to families who have in care disabled children, adolescents and adults.

With the current reality of Covid-19 and the inevitable disruption and uncertainty it brings, I hope that through this page we can accompany you in your journey at this challenging time. 

Please feel free to make use of the resources and links we are providing on this page. Should you have any questions and would like to consult, you can email me on charlene.borg@inspire.org.mt and I will do my best to address and/or direct your query within a reasonable time. 

Yours truly, Charlene Borg Parents Relations Manager The Inspire Foundation

 

Our Promise to You

The Inspire Foundation is committed to helping improve the lives of persons with a disability. Regardless of the fact that our services and programmes had to be suspended for the time being, we promise to still assist you in the best way possible. Our team will be sending parents weekly activities to carry out at home and are available to assist you with any questions you might have. Meanwhile, our parents relation manager will be setting up audio/video calls to check in and advise you where neccessary.

Please Stay Safe!

We urge everyone to follow the instructions by the health authorities.

Please understand that certain individuals are more at risk than others, therefore even if you are healthy yourself, try to limit contact with others to protect them.

Għeżież Ġenituri/Gwardjani Legali, 

F’isem Inspire, nilqgħkom fuq din il-pjattaforma eletronika, li ġiet imfassla sabiex tagħti sapport lil familji li jużaw is-servizzi ta’ Inspire. 

COVID-19 ġabet magħha tfixkil u inċertezza fil-ħajja ta’ kuljum. It-tama tagħna hi li meta taċċessaw din il-paġna, Inspire tkun qiegħda takkumpanjakom fil-vjaġġ tagħkom, f’dan iż-żmien iebes.

Nistednukom tagħmlu użu mir-riżorsi u ‘links’ li qed niprovdu fuq din il-paġna.  Jekk għandkom xi domandi u tixtiequ tikkonsultaw magħna, tistgħu tibgħatuli email fuq charlene.borg@inspire.org.mt u jien nagħmel l-aħjar li nista sabiex nindirizza id-domanda tagħkom f’ħin realistiku u raġonevoli. 

Dejjem tagħkom, Charlene Borg M. Sys. Psy. Parent Relations Manager The Inspire Foundation

 

Il-Wegħda Tagħna

Il-Fondazzjoni Inspire hija impenjata li tgħin biex ittejjeb il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità. Irrispettivament mill-fatt li s-servizzi u l-programmi tagħna kellhom jiġu sospiżi għalissa, aħna nwiegħdu li xorta se nkomplu nassistu bl-aħjar mod possibli. It-tim tagħna ser jkun qed jibgħat numru ta’ attivitajiet li l-ġenituri jistgħu jagħmlu flimkien ma uliedhom, u jkunu disponnibli biex jgħinu b’xi mistoqsijiet li jista’ jkollkhom. Sadanittant, nżommu f’kuntatt magħkhom biex ngħatu pariri fejn hemm bżonn.

Ħu Ħsieb!

Inħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Ċerti individwi huma aktar f’riskju minn oħrajn, għalhekk anke jekk inti b’saħħtek, illimita l-kuntatt ma’ oħrajn biex tipproteġihom.

Dear Parents/Guardians,

We are now in the fourth week of being closed indoors, living through days in the best way possible.  Trying to set up a new structure that works in the light of the current circumstances, trying to live harmoniously amongst the different family members and most of all trying to fill in the gap of schooling and therapeutic intervention, which vanished from one day to the next.

The last couple of weeks I have been calling our families to check in and see how they are doing, and I will continue doing this, hopefully trying to reach all our service users in the coming weeks.  Throughout these phone calls, I keep encountering a common concern amongst parents, namely; a fear that their children will lose what they have gained whilst attending the programme.  Additionally, frustration as their children are not cooperating as they would like them to, when trying to follow the activity plans provided by the tutors.

My intuition tells me that this is and will continue to be common for most of our caregivers and so, I decided to reach out with this message.

First and foremost, you are not alone.  Inspire is here to help, so please do not stop sharing these concerns. We are here to support!

Secondly, please bear in mind that although staying inside for four weeks may seem a long time, it might still not be long enough for your child to get used to doing work at home.  As an adult, I am still finding challenges to adapt, let alone a child.  Don’t give up!  Keep in mind the enormous impact recent events have had on your family, yourself and especially on this young child.

Last but not least, children are much more resilient than you think.  Look at this as an opportunity to provide your child with learning experiences in the natural home setting.  Experiences that they would not have had from other environments.

Stay Strong and REMEMBER that you have a team right behind you, ready to support you.

Many Easter Blessings Charlene Borg Parent Relations Manager

Għeżież Ġenituri/Gwardjani Legali,

Bdejna issa ir-raba’ ġimgħa, fejn ninsabu magħluqin ġewwa djarna. Nagħmlu l-aħjar li nistgħu sabiex ngħixu il-ħajja bl-aħjar mod possibli.  Fejn wieħed jiprova joħloq struttura ġdida li tagħmel sens f’din il-ħajja li qed ngħixu bħalissa.  Fejn qed nipruvaw ngħixu f’armonija mal-membri tal-familja, minkejja l-istress dwar is-saħħa fiżika u dik mentali, u fuq kollox it-tentattivi sabiex jimtela’ il-vojt li ħalliet warajha l-iskola u it-terapija fil-ħajja tat-tfal, li spiċċa bħal leħħa ta’ berqa.

F’dawn l-aħħar ġimgħat kont qiegħda inċempel lill-familji kollha tagħna sabiex nara kif inhuma, u ser inkompli nagħmel dan bit-tama li nilħaq lill-familiji kollha fil-ġimgħat li ġejjin.  Matul dawn it-telefonati iltqajt ma ħafna ġenituri li kienu inkwetati fuq punt partikolari; taħkimhom il-biża li uliedhom ser jitilfu dak kollu li gwadanjaw matul iż-żmien li kienu qed jattendu il-programm tagħhom.  Kif ukoll frustrazzjoni li uliedhom mhux qed jikkooperaw meta jipruvaw jagħmlu magħhom l-attivajjiet li qed jibgħatulom it-‘tutors’.

L-intuwizzjoni tiegħi tgħidli li din ser tkun komuni ma’ ħafna mill-ġenituri, allura, iddeċidejt li nilħaqkom b’dan il-messaġġ.

L-ewwel nett m’intomx waħedkom, komplu aqsmu magħna dak li jinkwetakom, aħna qiegħdin hawn biex ngħinukom!

It-tieni, għalkemm magħluqin ġewwa id-dar għal erba’ ġimgħat tinħass twila, dan ma’ jfissirx li huwa żmien twil biżżejjed sabiex uliedkom jidraw jaħdmu mid-dar.  bħala adulta xorta għadni qed insib diffikulta’ naddatta għal din ir-realta’ ġdida, aħseb u ara it-tfal.  Taqtgħux qalbkom!  Żommu f’moħħkom l-impatt kbir dan l-avveniment reċenti kellu fuq il-familja tagħkom, fuqkom infuskom u speċjalment fuq it-tfal tagħkom.

L-aħħar pero żgur mhux l-inqas, it-tfal huma aktar reżiljenti milli taħsbu.  Ħarsu lejn din l-esperjenza bħala opportunita’ biex tagħtu lil uliedkom esperjenzi validi fl-ambjent naturali tad-dar.  Tagħlim li żgur ma jistgħux jesperjenzaw fl-ebda ambjent ieħor.

Ibqgħu b’saħħitkom u FTAKKRU li għandkom tim warajkom li lest jagħtikom is-sapport li għandkom bżonn.

l-Għid it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom. Charlene Borg Parent Relations Manager

Dear Parents/Guardians,

We are now in the 10th week of being locked at home.  Possibly several different emotions might be challenging you right now, these might range from a sense of helplessness, frustration, worry, tiredness, or others, depending on the situations you are facing.

Although Inspire would love to snap its fingers and all these uncomfortable emotions and situations just vanish, it is a skill that so far, we haven’t mastered.  Yet, please do not be discouraged!  Still you are not alone.  Although we cannot be physically present with you, we are a message, an email, or a phone call away.  Please do reach out, not only in relation to your children, but also if you need a word of courage and comfort for yourselves.  Our unity is what makes us stronger.

To conclude my message today, you might find helpful a webinar I will be presenting on the 26th May at 2pm.  The title being; ‘How am I experiencing current circumstances’, a presentation which elaborates on one’s emotional experiences and the coping mechanisms being adopted.

I look forward to seeing you, to discuss together this topic in more detail.

 

Many blessings
Charlene Borg
Parent Relations Manager – Inspire

Għeżież Ġenituri/Gwardjani Legali,

Qiegħdin fl’għaxar ġimgħa magħluqin id-dar.  Skond is-sitwazzjonijiet li qiegħdin t’esperjenzaw, hemm diversi emozjonijiet li possibilment qed iħabtukom, bħal nuqqas ta’ ħeġġa, frustrazzjoni, thewdin u għejja.

Inspire, kieku tista, tixtieq tfaqqa subgħajha u dawn l-emozzjonijiet u s-sitwazzjonijiet skomdi kollha jisparixxu, pero’ din il-kapaċita’ s’issa, għad m’għandniex. Madankollu, nitolbukom ma taqtgħux qalbkhom! Xorta m’inthomx waħedkom. Għalkemm ma nistgħux inkunu fiżikament preżenti magħkom, xorta waħda qiegħdin hawn għalikom, u tistgħtu tilħquna b’telefonata, email jew messaġġ. Mhux biss fir-rigward ta ’wliedkom, imma wkoll jekk għandkom bżonn kelma ta’ kuraġġ u faraġ għalikom infuskom. L-għaqda tagħna tgħinna inkunu aktar b’saħħitna.

Biex nikkonkludi l-messaġġ tiegħi llum, nixtieq ninfurmakom dwar ‘webinar’ li ser inkun qed nippreżenta fis- 26 ta’ Mejju fis-2pm. It-titlu huwa; “Kif qed nesperjenza ċ-ċirkostanzi attwali”, preżentazzjoni li telabora dwar l-esperjenzi emozzjonali u l-mekkaniżmi li wieħed juża sabiex jikkombatti u jimmaniġja dawn l-emozzjonijiet.

Ninsab ħerqana li narakom f’dan il-‘webinar’, fejn inkunu nistgħu niddiskutu flimkien dan is-suġġett f’aktar dettall.

 

Tislijiet
Charlene Borg
Maniġer tar-Relazzjonijiet mal-Ġenituri – Inspire

Explaining the Virus to Children on the Autism Spectrum

The current phenomenon is not easy to understand, particularly for children on the autism spectrum. Social stories can help you explain this in a simple and visual way. Make use of the following social stories or learn how to create your own social story.

‎Changes in Lifestyle

The current situation has brought disruption into everyone’s life. For those on the autism spectrum, a change in routine can be very overwhelming. We urge you to try to stick to a routine at home as much as possible. Make sure to slot in time for physical exercise, educational games and quiet time.

Activities

 

Information Sessions

 

 

Spjegazzjoni tal-Virus lil Tfal Fuq l-Ispettru tal-Awtiżmu

Din il-kriżi mhux faċli biex tifhimha, u hija aktar diffiċli għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Dawk li jissejħu stejjer soċjali (Social Stories) jistgħu jgħinuk tispjega dan b’mod sempliċi u viżwali. Uża l-istejjer soċjali t’hawn taħt jew tgħallem kif toħloq l-istorja soċjali tiegħek stess.

 

Bidliet fl-Istil Ta’ Ħajja

Is-sitwazzjoni preżenti bidlet il-ħajja ta’ kulħadd. Għal dawk fl-ispettru tal-awtiżmu, bidla fir-rutina kapaċi tkun diffiċli. Inħeġġukom biex tipprovaw iżżommu rutina fid-dar kemm jista’ jkun. Tajjeb li tagħmlu ħin għal għal eżerċizzju fiżiku, logħob edukattiv u ħin kwiet.

Attivitajiet

 

Sessjonijiet ta’ Informazzjoni